send link to app

Mixja app for iPhone and iPad


4.2 ( 4592 ratings )
Lifestyle
Developer: Matthew Farrugia
Free
Current version: 2.0.0, last update: 7 years ago
First release : 01 Mar 2016
App size: 25.5 Mb

Il-Papa Franġisku jtenni li t-tfittxija tagħna għal Alla tfisser li jkollna l-kuraġġ li nitilqu nimxu fuq passaġġ li ħafna drabi huwa riskjuż, jew aħjar li nimxu wara l-qalb tagħna li ma tiqafx tfittex.
Huwa possibli li dan ir-Randan ikun għalik mument fejn tidħol fil-ġewwieni tal-qalb tiegħek, tiltaqa miegħek innifsek u tinduna li fdak l-istess post hemm Alla li qed jistiednek għall-ħajja bis-sens. Huwa l-post fejn tfittex, tistaqsi u ma’ tibqax indifferenti għal dak li Alla qiegħed jistiednek għalih.

Propju biex ngħinuk ma tħallix dan iż-żmien jaħrablek, qiegħdin inħeġġuk biex tuża’ din l-app bħala l-kumpann fil-mixja tiegħek.

Tiddejjaqx tesprimi dak li tħoss bil-kliem bħala t-talba sinċiera tiegħek lil Alla. Tista wkoll tuża djarju biex fuqu tikteb dak li qiegħed jew qiegħda tħoss. Żgur li Alla, li jħobb il-qalb sinċiera, mhux sejjer ma jagħtix każ dak li int tixtieq taqsam miegħu.

Produzzjoni: MSSP - 2016
Direzzjoni Teknika: Telos Works

Riflessjonijet miktuba mill-mexxejja taż-żgħażagħ fl-Oratorju MSSP.


Għal suġġerimenti, kummenti jew iktar informazzjoni kkuntattjana fuq: [email protected]